L-edizzjoni ta’ Science in the City 2016 li se jsir fit-30 ta’ Settembru, se jkun iffukat fuq l-għeġubijiet u l-problemi tal-moħħ uman.
Matul dan il-festival ta’ xjenza, se tkun qed tingħata spjegazzjoni dwar l-iktar xjenza avvanzata ispirata minn riċerka dwar il-moħħ. Din l-ispjegazzjoni se ssir permezz ta’ wirjiet interattivi, arti, teatru, mużika u simpożji.
Din l-attivita’ mmexxija mill-Universitá ta’ Malta, hija parti minn 300 attivitá Ewropea oħra u għandu l-appoġġ tal-Horizon 2020, programm tal-Kummisjoni Ewropea għar-riċerka u innovazzjoni.
Il-festival se jkun antiċipat mill-attivita’ Science in the House li se ssir fid-29 ta’Settembru, li se jkun ospitat mill-ispeaker Anġlu Farrugia, fejn Membri Parlamentari flimkien ma’ Membri Parlamentari Ewropej se jkunu qed jiddiskutu riċerka li riċerkaturi Maltin qed jagħmlu f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-moħħ.