Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech elenka l-prioritajiet ta’ Malta waqt il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. Pajjiżna, flimkien mal-Olanda u l-Islovakkja, se jkun qed jikkontribwixxi lejn it-tfassil ta’ Ewropa aħjar.
Fadal biss sitt xhur. Fost l-iktar punti saljenti hemm is-sostenibilità tal-Unjoni Ewropea, anke fid-dawl li r-Renju Unit il-ġimgħa d-dieħla jiddeċiedi jibqax fl-Unjoni Ewropea jew le.
Louis Grech qal li l-Presidenza se tkun l-ikbar sfida li Malta qatt kellha minn meta ssiebħet fl-Unjoni. Fost il-prioritajiet semma s-sigurtà, il-migrazzjoni, is-settur marittimu, il-Mediterran, il-kunċett ta’ suq uniku, is-suq diġitali, l-għaqda fejn tidħol l-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-servizzi finanzjarji u l-għaqda bankarja.
Id-Deputat Prim Minsitru sostna li f’dan iż-żmien tant delikat għall-Ewropa, l-Unjoni teħtieġ tikkonċerna fuq kwistjonijiet fundamentali filwaqt li tkun flessibbli u tara l-ħtiġijiet ta’ kull stat membru.
Ritratt: DOI