Id-Duka ta’ Cambridge, il-Prinċep William u d-Duka ta’ Sussex, il-Prinċep Harry sellmu lil nannuhom, id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Filippu.
Fi stqarrijiet separati ddeskrivew lil nannuhom bħala raġel straodinarju u qalu li kellu karattru umoristiku.
Il-Prinċep William żied jgħid li hu se jkun qed iħoss in-nuqqas ta’ nannuh madanakollu tenna li d-Duka li ħalla din id-dinja żgur jixtieq li l-familja tkompli b’ħidmietha.
Fl-istqarrija tiegħu, l-Prinċep Harry irringrazzja lil nannuh tas-servizz li ta matul ħajtu kif ukoll tal-irwol li qeda ma’ martu, ir-Reġina Eliżabetta II.