Il-Memoradum of Understanding iffirmat bejn l-Air Malta u l-Alitalia jagħmel numru ta’ miri ċari.
Analiżi ta’ dan il-memorandum of understanding turi kif sa mit-tieni paġna tiegħu, in-naħa Maltija għamlitha ċara ħafna x’inhuma l-għanijiet tagħhha biex jintlaħaq ftehim. Hemm ħames punti f’dik li qed tissejjaħ il-proposta ta’ tranżazzjoni.
L-Air Malta trid tgawdi minn netwerk ikbar u sistema ta’ bejgħ iktar koordinata.
It-tieni punt hu li l-kumpanija tiffranka flejjes kbar fost oħrajn billi tixtri servizzi bħala parti minn sistemi akbar u tadotta sistemi tal-IT fost l-oħrajn.
It-tielet hu dak li tidħiol kultura bbażata fuq il-prestazzjoni. Fejn iktar minn qatt qabel ikun hemm kultura ta’ meritokrazija fost il-ħaddiema.
Li l-linja nazzjonali tkun tista’ tibda mill-ġdid u għalhekk tkun iffokata biss fuq il-ġejjieni.
U li l-fatt li tkun parti minn netwerk ikbar, li jinkludi l-Etihad Partners il-klijent tal-Air Malta jkun jista’ jgawdi minn arranġamenti u teknoloġiji usa.
Il-memorandum of Understanding huwa biss il-bidu u bħalissa għaddejin negozjati intensivi bejn iż-żewġ naħat. Fil-fatt, fost klawsoli oħra fil-memorandum of understanding hemm dik kif iż-żewġ partijiet jridu jaqbdlu dwar business plan għall-kumpanija. L-MOU jgħid ukoll li n-negozjati jridu jingħalqu sal wieħed u tletin ta’ Lulju.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/05/MOU-KM.pdf”]