Il-maħbuba Amerikana ta’ Prince Harry, Meghan Markle, ħarġet għall-ewwel darba fil-publiku minn meta kienet ikkonfermata l-aħbar dwar il-koppja.
Immedjatament wara din l-aħbar, forzi tas-sigurtà daru d-dar tagħha f’Toronto, fejn bħalissa qed taħdem. Meghan hija attriċi ta’ 35 sena, u diġa’ kienet Balmoral, ir-residenza tar-Reġina fl-Iskozja, biex tiċċelebra għeluq it-32 sena ta’ Prince Harry.
Meghan tmexxi blog u rreċtat fid-drama b’tema legali bl-isem ta’ ‘Suits’. Qed jingħad li l-prinċep kien Toronto waqt Halloween, fejn flimkien ma’ Meghan attenda festin fil-klabb Soho House.