Il-Prinċipessa tal-Ġappun Mako żżewġet lill-maħbub tagħha Kei Komuro li ltaqgħet miegħu waqt li kienet qed tistudja f’università.
B’dan iż-żwieġ, hija tilfet l-istat irjali tagħha, u dan għaliex skont il-liġi Ġappuniża, membri nisa tal-familja imperjali jitilfu l-istat tagħhom jekk jiżżewġu persuna ‘komuni’. Madankollu l-liġi li mhix l-istess għall-membri maskili.
Hija ma żżewġitx bir-ritwali rjali filwaqt li anke rrifjutat il-ħlas li jiġu offruti n-nisa meta jitilqu mill-familja rjali.
Intant, il-koppja miżżewġa friska se tkun qed tgħix fl-Istati Uniti.
Fil-fatt huma qed jitqabblu mal-koppja Meghan Markle u l-Prinċep Harry, li dan tal-aħħar ukoll irrinunzja l-istat tiegħu mill-Familja Rjali Ingliża.