Il-Prinċipessa Beatrice u r-raġel Edoardo Mapelli Mozzi laqgħu tarbija nhar is-Sibt 18 ta’ Settembru ftit qabel nofsillejl fi sptar f’Londra.
Iċ-ċkejkna hija l-ewwel tarbija għall-Prinċipessa.
It-tifla tinsab fil-11-il post għat-tron tar-Renju Unit.
B’dan it-twelid il-ġdid ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni saret bużnanna għat-tnax-il darba filwaqt li l-Prinċep Andrew u Sarah Ferguson saru nanniet għat-tieni darba.