Il-Prinċep ta’ Wales, iltaqa’ mal-President-elett tal-Istati Uniti Donald Trump, waqt li kienu fi Franza, għaċ-ċerimonja tal-ftuħ mill-ġdid tal-Katidral Notre-Dame.
Il-Prinċep William ingħaqad ma’ diversi mexxejja oħra f’Pariġi, għall-ftuħ mill-ġdid ta’ dan il-Katidral, li ġarrab ħsarat estensivi f’niren li ħakmuh ħames snin ilu.
Trump u l-Prinċep William, iltaqgħu wara din iċ-ċerimonja, bi Trump jgħid li l-Prinċep William huwa raġel tajjeb u li qed iwettaq biċċa xogħol tajba.
Waqt dan l-avveniment, il-President Franċiż Emmanuel Macron, għadda d-diskors tiegħu.
Preżenti, kien hemm ukoll il-President Ukren, Volodymyr Zelensky u mart il-President tal-Istati Uniti, Jill Biden, f’isem żewġha.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, intqal li l-Prinċep William, iddiskuta ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, kemm ma’ Jill Biden, kif ukoll ma’ Donald Trump.