Huwa mifhmum li l-Prinċep tal-Ġordan Hamzah bin Al Hussein jinsab arrestat ġewwa daru stess bħala parti minn proċess sabiex tiġi mrażżna l-kritika fil-pajjiż.
Dan anke wara li Hamzah, li jiġi ħu r-Re tal-Ġordan Abdullah ipparteċipa f’taħdidiet li poġġew b’mod partikolari lir-Re taħt lenti ta’ kritika.
F’filmat li ġie mgħoddi lil diversi xandara inkluż il-BBC mill-avukat tal-Prinċep huwa jinstema jakkuża lill-mexxejja tal-pajjiż b’korruzzjoni u b’inkompetenza fost oħrajn.
Tenna wkoll li apparti li ma jistax joħroġ, jikkomunika jew jiltaqa’ man-nies saħansitra anke tneħħietlu s-sigurtà u qatgħewlu l-internet u l-linja tal-telefon.
Kelliem għall-armata tal-Ġordna ċaħad li l-Prinċep jinsab arrestat imma kkonferma li l-Prinċep twaqqaf minn azzjonijiet li jipperikolaw is-sigurtà u l-istabilità fil-pajjiż.
Dan fid-dawl li seħħew numru kbir ta’ arresti b’konnessjoni ma’ allegat kumplott.