Il-Prinċep ta’ Wales, li hu wkoll il-President tal-Victoria Cross and George Cross Association, nhar l-4 ta’ Ottubru se jżur Malta biex ifakkar il-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross.
Ir-Re Ġorġ VI kien ta l-George Cross lil Malta nhar il-15 ta’ April, 1942 bħala għarfien tal-qlubija, tal-erojiżmu u tad-devozzjoni li l-Maltin urew tul l-assedju fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-George Cross baqa’ jidher fuq il-bandiera nazzjonali bħala simbolu tal-qlubija tal-poplu tul il-gwerra.
Nhar il-5 ta’ Ottubru l-Prinċep se jkun il-kelliem ewlieni waqt il-konferenza ‘Our Ocean’. Il-Prinċep ta’ Wales, li ilu jmexxi kampanja favur is-saħħa u r-reżistenza tal-oċean, kien għamel l-ewwel diskors tiegħu favur l-ambjent f’Diċembru tal-1968 u ilu jwissi dwar l-effetti irriversibbli tat-tibdil fil-klima. Bħala mexxej favur l-ambjent għal aktar minn 40 sena ħadem id f’id ma’ intrapriżi, ma’ għaqdiet tal-karità, ma’ gvernijiet kif ukoll ma’ għaqdiet oħrajn biex jgħin jippromwovi suriet sostenibbli ta’ għajxien u ta’ xogħol.
Il-konferenza ‘Our Ocean’ bdiet fuq inizjattiva tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan taħt it-tmexxija tal-eks Segretarju tal-Istat John Kerry. L-ewwel konferenza saret f’Washington f’Ġunju tal-2014 u saru konferenzi oħrajn fiċ-Ċili fl-2015 u f’Washington fl-2016. L-Unjoni Ewropea se tlaqqa’ r-raba’ konferenza ‘Our Ocean’ f’Malta nhar il-5 u s-6 ta’ Ottubru. Il-konferenza għandha l-għan li tnebbaħ u tagħti s-setgħa lil ġenerazzjonijiet ġodda ta’ mexxejja, ta’ intraprendituri, ta’ xjenzati u tas-soċjetà ċivili biex jidentifikaw soluzzjonijiet u jikkommettu bil-fatti favur oċeani siguri, nodfa u sostenibbli.
Kemm idum Malta l-Prinċep ta’ Wales se jkollu diversi impenji oħrajn fosthom żjara l-Pro-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta biex jara x-xogħlijiet ta’ restawr. Mibni fuq talba tar-Reġina Adelaide fl-1844, il-Katidral hu parti integrali mill-orizzont tal-Belt Valletta u dan l-aħħar ingħata bidu għal kampanja ta’ restawr li se tiswa mat-tliet miljun ewro. Id-Duka ta’ Edinburgh hu l-Patrun tal-Ħbieb tal-Katidral.
Ikkonferma dan ukoll permezz ta’ tweet fuq Facebook fejn qal li se jkun qed jattendi għall-attivitajiet tas 75 sena mill-għoti tal-George Cross lill-Malta.
HRH will undertake a series of engagements and attend an event to celebrate the 75th anniversary of the George Cross being awarded to Malta.
The Prince of Wales’s most recent visit to Malta was in 2015 where he attended the Commonwealth Heads of Government Meeting. 🇲🇹 pic.twitter.com/IQD6szBz21
— Clarence House (@ClarenceHouse) September 5, 2017