Il-Prinċep Philip talab skuża lill-mara li weġġgħet meta l-karozza tiegħu laqtitha aktar kmieni dan ix-xahar. Il-Prinċep stqarr li dan l-inċident seħħ minħabba d-dawl tax-xemx li ma ħallitux jara jsuq sew.
Il-Prinċep Philip, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta t-tieni kiteb ittra lil Emma Fairweather li sofriet ksur f’idha meta l-karozza tal-Prinċep ħabtet mal-karozza tagħha f’Norfolk l-Ingilterra.
Philip kiteb “Nixtieq ngħidilkom kemm jiena ddispjaċut b’dak li ġara min-naħa tiegħi fl-inċident”.
“Ix-xemx kienet qed tiddi b’tali mod li jien ma stajtx nara l-karozza ta’ din il-mara”, qal Philip”.
Fairweather qalet li apprezzat l-ittra ta’ apoloġija mingħand il-Prinċep. L-ittra kienet datata fil-21 ta’ Jannar, tliet ijiem biss wara li ġara l-inċident.
Fairweather kienet passiġġiera f’karozza oħra eżattament ħdejn is-sewwieq ta’ 28 sena li sofriet ġrieħi f’irkoppitha. Fil-karozza kien hemm ukoll tarbija ta’ 9 xhur li fortunatament ma ġralu xejn.
“Kont ixxukkjat wara l-inċident, però ninsab kuntent li ħadd minnkom ma weġġajtu serjament” stqarr il-Prinċep.
“Sirt naf ukoll li ksirt idejk. Jiddispjaċini ħafna ta’ dan”.
“Meta l-folla bdiet tinġemgħa ġmielha pulizija tal-lokal qalli biex immur f’Sandringham House” kompla l-Prinċep.
Fairweather kompliet tirrimarka li ħadet ġost li l-ittra tl-Prinċep kienet iffirmata “Philip” u mhux b’mod formali.