Ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II, il-Prinċep Philip li għandu 96 sena qed jingħata l-kura l-isptar bħala prekawzjoni. Il-Prinċep li huwa magħruf ukoll bħala d-Duka ta’ Edinburgh qed jingħata l-kura fl-isptar ta’ London King Edward VII għal infezzjoni relatata ma’ kundizzjoni li jbagħti biha l-Prinċep.
Fi stqarrija ntqal li l-Prinċep Philip jinsab fi spirtu tajjeb u li huwa diżappuntat li tilef il-ftuħ tal-Parlament Ingliż. Ir-Reġina kienet akkumpanjata mill-Prinċep ta’ Wales fl-assenza tar-raġel tagħha f’din iċ-ċerimonja importanti.