Il-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh, ma sofra ebda ġrieħi wara li kien involut f’ħabta viċin Sandringham, waħda mir-residenzi tal-Familja Rjali Ingliża.
Fi stqarrija uffiċjali, Buckingham Palace qal li l-Prinċep, li għandu 97 sena, ma weġġax fil-ħabta.