Ix-Shadwell Fire Station ta’ Londra tat bħala donazzjoni vettur tat-tifi tan-nar lill-organizzazzjoni non-governattiva Għawdxija Emergency Response and Rescue Corps. Dan f’ċerimonja li sare fir-Renju Unit u li għaliha attendew il-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Norman Hamilton u l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.
L-għotja saret waqt ċerimonja tal-ftuħ mill-ġdid tal-istazzjon mill-Prinċep Karlu ta’ Wales. Il-Prinċep innifsu kien preżenti għall-okkażjoni.