Il-Prinċep Harry u Meghan Markle ma stiednux lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May għat-tieġ tagħhom.
Il-lista tat-tieġ tagħhom se tinkludi nies li għandhom relazzjoni diretta mal-koppja, saħaq sors irjali. Il-Gvern Ingliż qal li Theresa May mhux se tattendi.
Kelliem uffiċjali għall-Prinċep Harry qal li kien deċiż li lista ta’ mexxejja politiċi kemm Ingliżi u anke dawn dinjin mhumhiex meħtieġa għat-tieġ tal-koppja.
Kompla jgħid ukoll li dan kollu ġie kkonsultat mal-familja rjali.