Il-Prinċep Harry, martu Meghan u ommha kienu involuti f’inċident bil-karqzza li qed jiġi deskritt bħala “kważi katastrofiku” wara li kienu qed jiġu segwiti mill-paparazzi fi New York.
Kelliem għal Harry u Meghan qalu li l-paparazzi damu jsegwuhom xi sagħtejn u wasslu biex il-karozza li kienu fuqha kważi spiċċat taħbat diversi drabi f’vetturi oħrajn, nies li kienu mexjin fit-triq, u uffiċjali tal-Pulizija.