Il-Prinċep Harry u l-mara tiegħu, d-Dukessa ta’ Sussex, ħabbru li mhux ser jibqgħu jiffurmaw parti mill-għola karigi tal-familja rjali, dan wara li ddeċidew li jagħmlu pass lura u jibdew ikunu finanzjarjament indipendenti.
Rapporti fuq il-midja internazzjonali qalu li ħadd ma kien jaf b’din id-deċiżjoni li ħadu d-Duka u d-Dukess, lanqas ir-Reġina.
Intant fi stqarrija l-Buckingham Palace qal li huwa ddiżappuntat b’din id-deċiżjoni li ttieħdet.