“Se nitilqu minn New Zealand ispirati; bil-ħsieb li kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel jew tagħmel differenza.”
Hekk kiteb il-Prinċep Harry fuq il-profil ta’ kensingtonroyal ta’ Instagram, fejn qasam ritratt li ħa hu stess f’mument intimu ma’ martu Meghan li qed tistenna tarbija.
Fir-ritratt, dik li fi ftit tax-xhur se tkun omm, tidher tħaddan lit-tarbija f’ġufha.
Dan fi tmiem l-ewwel żjara uffiċjali tal-koppja Rjali minn meta żżewġu f’Mejju li għadda, li matulha żaru l-Awstralja, Fiji, Tonga u New Zealand.