Il-Prinċep Harry wasal fil-ogħla Qorti Ingliża biex jagħti xhieda kontra l-pubblikatur tad-Daily Mirror. Dan huwa l-ewwel membry rjali ta’ kalibru daqshekk ogħli li qed jixhed fil-Qorti mis-Seklu 19.
Il-Prinċep qed jakkuża lill-Mirror Group Newspapers li użaw metodi illegali biex jiksbu stejjer, inkluż hacking ta’ telefonati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ilbieraħ l-avukat tal-MGN akkuża lill-Prinċep Harry b’ħela ta’ ħin, wara li ma deherx il-qorti fl-ewwel jum ta’ smigħ ta’ xhieda.
Qal ukoll li ma kienx hemm evidenza ta’ hacking tat-telefon.
Iżda l-avukat tal-Prinċep Harry qal li metodi illegali kienu qed jintużaw “bħal xibka” madwar iż-żagħżugħ irjali.