Il-Prinċep Harry akkuża lill-Familja Rali li naqset milli tiddefendi lil martu Meghan Markle fil-kontroversja dwar artiklu ta’ Jeremy Clarkson fil-gazzetta The Sun u li ġie ppubblikat ix-xahar li għadda.
F’intervista li kellu fuq l-istazzjon ITV, id-Duka ta’ Sussex qal li s-silenzju tal-Familja Rjali, dwar dan l-artiklu orribbli, jtarrax.
Żied jgħid li ma jemminx li l-kummenti dwar il-kulur tal-ġilda ta’ ibnu minn membru Rjali kienu razzisti; madanakollu, qal li weġġa’ b’dak li kiteb Clarkson fil-gazzetta. L-artikolist kiteb li għandu ħolma li xi darba jara lil Meghan Markle tkun imġiegħla timxi f’kull belt Brittanika għarwiena bin-nies igarawlha l-ħmieġ. L-aritklu kellu jitneħħa mis-sit.
Il-Prinċep Harry qal li d-dinja qed tistenna xi forma ta’ kumment mill-monarkija, iżda s’issa, ma tnisslet l-ebda kelma. Fil-fatt, il-Familja Rjali qatt ma qalet xejn meta Meghan kienet tkun fil-mira ta’ attakki simili.