Student Universitarju minn Bath, u żagħżugħ minn Londra huma parti minn għaqda terroristika li hija nvoluta f’ħames omiċidji, u li issa, issuġġerixxiet li l-Prinċep Harry għandu jinqatel għaliex huwa traditur.
Investigazzjoni mill-Pulizija kkonfermat ukoll li f’messaġġi privati bejniethom, iż-żgħażagħ qalu li uffiċjali tal-Pulizija għandhom jiġu stuprati u maqtulha minħabba x-xogħol li jagħmlu. Mill-provi miġbura s’issa, kollox jindika li l-mexxej ta’ din l-għaqda huwa ċertu Andrew Dymock, li għandu 21 sena u huwa student Universitarju f’Wales.
Iż-żgħażagħ qed jinżammu mill-Pulizija Ingliża biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, iżda kollha qed jiċħdu l-akkużi li qed jinġiebu kontrihom.