Il-Prinċep Harry ingħata kariga f’BetterUp, kumpanija Amerikana li tqajjem għarfien dwar is-saħħa mentali u tiggwida lill-individwi fil-ħajja ta’ kuljum.
Fi stqarrija, il-Prinċep Harry qal li qed iħares ‘il quddiem f’dan l-irwol il-ġdid u jinsab eċitat.
Madankollu għadu mhux magħruf x’inhuma s-sigħat li se jaħdem u s-salarju li mistenni jkollu.
F’Marzu tas-sena li għaddiet il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle rtiraw mill-irwoli rjali tagħhom sabiex ikollhom ħajja indipendenti anke finanzjarjament.