Id-Duka ta’ Edinburgh iddaħħal l-isptar bħala miżura ta’ prekawzjoni wara li ħassu ma jiflaħx.
Il-Prinċep Filippu li għandu 99 sena, ittieħed l-isptar King Edward VII f’Londra.
Fi stqarrija l-Palazz ta’ Buckingham qal li l-Prinċep ttieħed l-isptar bħala miżura ta ‘prekawzjoni fuq il-parir tat-tabib tiegħu wara li l-Prinċep kien qed iħossu ma jiflaħx.
Huwa mistenni li jibqa’ l-isptar għal xi jiem ta’ osservazzjoni u mistrieħ.