“Nammetti, kont żbaljat.”
Id-Duka ta’ York, il-Prinċep Andrew, qal illi hu għamel ħażin meta qagħad fid-dar ta’ Jeffrey Epstein meta kien fi New York fl-2010. Epstein, li neħħa ħajjtu waqt li kien għaddej is-smigħ tal-ġuri tiegħu dwar akkużi ta’ traffikar ta’ persuni għal prostituzzjoni.
Il-Prinċep Andrew, li huwa t-tielet wild tar-Reġina Eliżabetta, ammetta li hu kien għamel ħażin. Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet f’intervsita minn BBC b’rabta ma’ ritratti ppubblikati tal-prinċep miexi ma’ Epstein sentejn wara li dan tal-aħħar kien ikundannat dwar prostituzzjoni ta’ minuri.