Il-Prim Ministru xehed fil-kawża li fetaħ hu stess kontra Marco Gaffarena u martu. Kawża li permezz tagħha il-Qorti qed tintalab biex tħassar it-trasferiment kollha tat-tpartit tal-artijiet u tal-assi li kienu propjetà tal-Gvern fil-każ ta’ Triq Zekka.
Waqt il-kontro eżami, l-Prim Ministru spjega r-raġunijiet għalfejn fetaħ il-kawża. Qal li bħala Membru Parlamentari, wara rapport tal-Awditur Ġenerali dwar id-differenza qawwija fuq stimi tal-art, innota l-mod irregolari li bih tqassmu l-ħlasijiet u l-ammont li bih inxtrat il-propjetà.
‘Ftaħt il-kawża fil-kapaċità ta’ Membru Parlamentari wara li rajt li l-affarijiet ma mxewx bl-aħjar mod skont kif irrimarkat mill-Awditur Ġenerali’ qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru kien l-aħħar persuna li xehed f’dan il-każ.