Mużika u spettaklu, min iqassam xi fuljett, min jitkellem ma’ sħabu, u min idur mal-istands. L-Università ta’ Malta reġgħet ħadet il-ħajja!
Mijiet ta’ studenti mlew iċ-ċentru tal-Università ta’ Malta.
Dalgħodu ltaqa’ mal-istudenti l-Prim Ministru Joseph Muscat, li ghalkemm mhux bi ħsiebu jiehu kors fl-Universita bħalissa, waqaf jitkellem ma’ numru ta’ studenti li jinsabu mal-istands armati.