Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Din il-laqgħa qed issir jum qabel ma’ l-Prim Ministru, Joseph Muscat jippreżenta s-sitt prijoritajiet fil-Parlament Ewropew waqt sessjoni plenarja.
Pajjiżna, flimkien mal-Olanda u l-Islovakkja, se jkun qed jikkontribwixxi lejn it-tfassil ta’ Ewropa aħjar. Il-prioritajiet huma dawk li l-aktar jolqtu lin-nies, u fost is-suġġetti li se jiġu trattati hemm is-sigurtà, il-migrazzjoni, is-settur marittimu, il-Mediterran, il-kunċett ta’ suq uniku, is-suq diġitali, l-għaqda fejn tidħol l-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-servizzi finanzjarji u l-għaqda bankarja.
Tul il-laqgħat kollha li sar s’issa. ħareġ ċar li f’dan iż-żmien tant delikat għall-Ewropa, l-Unjoni teħtieġ tikkonċerna fuq kwistjonijiet fundamentali filwaqt li tkun flessibbli u tara l-ħtiġijiet ta’ kull stat membru.