Dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela żar lill-Patri Dijonisju Mintoff fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Abela sostna “x’għodwa mill-isbaħ ma’ persuni minn ġenerazzjonijiet different li jħobbu lil Malta.”
Il-Prim Ministru qal li hu żar lil Patri Dijonisju Mintoff, qabel ma’ attenda għal sessjoni ta’ Eko Skola fil-Parlament.
F’din il-kitba, Dr Abela temm jgħid li “mal-istudenti qasam il-ħsieb dwar kif l-ambjent u l-ġustizzja soċjali huma marbuta flimkien.”