Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela għamel żjara spontanja dalgħodu fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn.
Il-Prim Ministru kien sodisfatt meta ra lit-tfal ħerqana jipparteċipaw f’attivitajiet imtella’ mill-edukaturi tagħhom waqt Skola Sajf.
Qal li rridu nħejju lill-istudenti tagħna sa minn ċkunithom biex ikabbru t-talenti u l-kreattività tagħhom.
Huwa rringrazzja lill-edukaturi ta’ Skola Sajf tal-opportunità ta’ tagħlim li qed jagħtu lit-tfal bil-prekawzjonijiet meħtieġa.