Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán qal li l-unika tama għal paċi huwa l-eks President Amerikan, Donald Trump.
Huwa qal dan f’konferenza f’Berlin, fejn qal li t-taħdidiet għal waqfien mill-ġlied, m’għandhomx isiru bejn ir-Russja u l-Ukrajna, iżda għandhom ikunu bejn l-Istati Uniti u r-Russja.
Hawnehekk Orbán sostna li man-naħa tal-Amerikani f’dawn it-taħdidiet għandu jkun hemm l-eks President Amerikan.
Il-Prim Ministru Ungeriż qal ukoll li ma jemminx li l-President Amerikan attwali, Joe Biden m’għandux ikun parti min-negozjati għal paċi, minħabba l-akkużi li għamel kontra l-President Russu, Vladimir Putin.