Fost dawk preżenti li lbieraħ attendew għall-ballu tal-qamar ta’ Awwissu kien hemm ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu s-Sinjura Michelle Muscat.
Dan il-ballu ilu jsir għal bosta snin fil-Palazz tal-Verdala; liema palazz kien ir-residenza tal-Granmastru tul iż-żmien tas-sajf.
L-arkitett tal-Palazz Verdala kien il-Malti Ġilormu Cassar u llum dan iservi għal bosta okkażjonijiet speċjali kemm dawk statali kif ukoll attivitajiet marbuta ma’ istituzzjonijiet tal-karità fosthom il-Malta Community Chest Fund.
Fil-fatt, il-ballu tal-qamar ta’ Awwissu huwa parti mill-attivitajiet li jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ dan il-fond li jagħmel tant ġid f’pajjiżna.