Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela inawgura r-rinovar li sar fis-sala u d-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
F’diskorsu, il-Prim Ministru Abela aċċenna għat-tiġdid li għandu jsir fil-Partit Laburista. Qal li għal partit fil-gvern, tikber aktar l-importanza li partit ma jżommx biss mal-istatus quo, u jibqa’ jirriġenera ruħu.