Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt żjara li għamel fost in-nies f’Ħal Kirkop, kompla jħeġġeġ lil dawk preżenti biex jibqgħu sodi u magħqudin wara l-Partit Laburista biex il-lokalità u anke l-pajjiż inġenerali jibqgħu jgawdu mill-ġid.
Hu sostna li l-għażla tat-8 ta’ Ġunju li ġej għandha importanza akbar u b’hekk se jħalli f’idejn l-elettorat biex dan il-Gvern jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu sal-aħħar tal-leġiżlatura.
Dan kemm jekk hux fejn jidħlu spazji ħodor, komunitajiet aktar nodfa u siguri, jew ċentri għall-anzjani u bereġ tas-saħħa fil-lokalitajiet.
Il-Prim Ministru staqsa kif jista’ jkun tersaq għall-elezzjoni bi kważi ġimagħtejn bogħod u l-Partit Nazzjonalista għadu mingħajr manifest. Semma kif il-Partit Laburita kien l-uniku partit li nieda 68 proposta li taffetwa lil kull lokalità u lbieraħ stess nieda dak għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.