Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru bejn l-4.15pm u s-5.45pm biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.
Kull min jixtieq jiltaqa’ mal-Prim Ministru u mas-Sinjura Muscat qed jintalab iċempel fuq 2200 2400 biex iħalli d-dettalji tiegħu.
Waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u kull min jixtieq, se jkun jista’ wkoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.