Dalgħodu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela u martu Dr Lydia Abela awguraw lil binthom Giorgia Mae, li għalqet għaxar snin.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Prim Ministru ppubblika ritratt sabiħ tiegħu ma’ Lydia Abela u binthom Giorgia Mae.
Qal li se jkun qed jgawdi l-għodwa ma’ binthom, anki waqt kampanja elettorali.
Fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali l-Prim Ministru kellu diversi impenji fosthom laqgħat sbieħ man-nies fl-ibliet u l-irħula u indirizza bosta konferenzi tal-aħbarijiet u ta intervisti fejn spjega l-proposti u l-pjan għall-futur ta’ dan il-pajjiż.
Il-Prim Ministru kelli anki jieqaf ftit sigħat mill-kampanja elettorali fejn qeda l-interess nazzjonali u mar fi Brussell għal laqgħa urġenti mal-mexxejja Ewropej fejn ġiet diskussa l-kriżi fl-Ukrajna.
Il-Prim Ministru ta s-serħan il-moħħ li l-impatti minn dak li qed jiġri fl-Ukrajna mhux se jħosshom il-poplu hekk kif il-piż se jerfgħu l-Gvern.