Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia żaru l-Forn tal-Ħabs.
Huma ġew mdawwra mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma, fejn raw il-ħidma li kienet għaddejja mill-priġunieri u mill-uffiċjali tal-Aġenzija sabiex jippreparaw prodotti bħal qagħaq tal-appostli u ħelu li jistgħu jinxtraw mill-pubbliku.
Il-Prim Ministru kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma li kienet qed issir għal din l-inizjattiva li qed tibqa’ popolari sena wara l-oħra f’dawn iż-żminijiet.
L-inizjattiva mill-Forn tal-Ħabs, apparti li toffri prodotti tradizzjonali lill-pubbliku, tgħin fir-riabilitazzjoni tar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn tagħtihom sens ta’ skop u anke jakkwistaw ħiliet ġodda u siewja.
Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
