Is-Sibt wara nofshinar il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela laqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja fejn skambjaw l-awgurju lil xuxlin.
Minn tfal, għal adulti u anzjani, kienu kollha jistennew ħerqana biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru u s-Sinjura Abela għal din l-opportunita’ sabiħa.
Il-pubbliku seta’ jara wkoll is-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u kull min xtaq, seta’ jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.
F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru qal li din is-sena dan l-iskambju sar f’atmosfera isbaħ, f’dan l-ewwel Milied f’normalità fi tliet snin.
=