Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae, marru jitlaqqmu.
Il-Prim Ministru u martu ħadu d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19, filwaqt li Giorgia Mae ħadet l-ewwel doża.
Fuq Facebook, il-Prim Ministru fakkar kif grazzi għall-vaċċin, pajjiżna salva sajf ta’ xogħol u bosta xhur qrib in-normalità.
Dr Abela qal kif permezz tal-booster, pajjiżna jista’ jsalva x-xhur li ġejjin tax-xitwa u nidħlu b’saħħitna għar-rebbiegħa.
Huwa appella biex nieħdu ħsieb xulxin u nitlaqqmu bid-doża addizzjonali.