Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela rreġistraw biex jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan hekk kif mil-lum setgħu jibdew japplikaw biex jirċievu t-tilqima, dawk kollha li għalqu l-40 sena.
Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Prim Ministru ħeġġeġ lin-nies jagħmlu l-istess.
Saħaq li b’pajjiż imlaqqam, ikollna nazzjon saħħtu.
Il-programm ta’ tilqim ta’ pajjiżna ilu li qabad ir-ritmu u sa issa ngħataw iżjed minn tlett mitt elf doża tal-vaċċin.