L-ewwel tas-sena jġib l-opportunitá li wieħed jagħti l-awguri tiegħu, hekk għamlu ftit tal-ħin ilu l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Dan l-awgurju sar fil-Palazz tal-isqof, fejn il-mexxej tal-pajjiż u l-mexxej tal-Knisja kattolika esprimew ix-xewqa tagħhom għal sena pożittiva. L-Arċisqof awgura ukoll lill-Gvern biex il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’pajjiżna tkun waħda ta’ suċċess.