Waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-Summit Ewropew li ddiskuta l-vot biex ir-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi kkwota u faħħar il-pożizzjoni tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat.
Renzi kien mistoqsi minn ġurnalist ta’ Bloomberg jekk jemminx li l-pajjiżi Ewropej għandhom jadottaw strageġija riġida mar-Renju jew inkella jkunu aktar lesti għan-negozjar. Hawn Renzi kkwota lil Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li l-Ewropa teħtieġ li tkun ċara fi kliemha, aktar milli severa.
Malta qed tisħaq li r-Renju Unit irid ikun ittrattat bħala sieħeb mill-qrib tal-Unjoni Ewropea imma bħala third country u mhux membru. Jekk ir-Renju Unit irid ikollu aċċess sħiħ għas-suq waħdieni Ewropew, u b’hekk il-fabbriki u l-banek tiegħu jkomplu joperaw madwar l-Ewropa, irid ikun hemm aċċetazzjoni mill-istess Renju Unit li jipprovdi libertà tal-movimenti, iġifieri tal-persuni, tal-prodotti, tas-servizzi u tal-kapital.
https://www.youtube.com/watch?v=44Ib6E2teYI