Il-Prim Ministru tal-Maċedonja Zoran Zaev se jkun qed jagħmel żjara uffiċjali f’Malta t-Tlieta 29 ta’ Mejju.
Matulha huwa se jkollu taħdidiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar temi ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi. Matul it-taħdidiet f’Kastilja se jiġu ffirmati wkoll tliet ftehimiet.
Matul iż-żjara tiegħu f’Malta l-Prim Ministru Zaev se jagħmel żjarat ta’ korteżija kemm lill-President Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.