Id-dar tal-Prim Ministru tal-Iraq f’Baghdad kienet fil-mira ta’ attakk bi drone kmieni l-Ħadd filgħodu.
Il-militar tal-Iraq qed iqisu dan il-każ bħala attakk ta’ assassinju fuq il-Prim Ministru Mustafa al-Kad-himi.
Waqt dan l-attakk weġġgħu xi persuni.
Dan l-attakk seħħ wara li żdiedet il-vjolenza waqt il-protesti fl-Iraq li kienu mqanqla mir-riżultati tal-elezzjoni ġenerali x-xahar li għadda.
Fdalijiet mid-drone li ntuża waqt dan l-attakk ġew elevati sabiex issir l-investigazzjoni. Madanakollu, uffiċjal tas-sigurtà fl-Iraq qal li għalissa għadu kmieni biex jiġi identifikat minn wettaq dan l-attakk.
Intant, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan ikkundanna l-attakk u offra għajnuna fl-investigazzjoni.