Il-Prim Ministru Olandiża Jacinda Ardern illum għamlet l-ewwel diskors tagħha fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fl-Istati Uniti, dan hekk kif inħatret Prim Ministru f’Marzu tas-sena l-oħra.
Pero’ għal din il-laqgħa Ardern ma marritx waħedha dan għaliex magħha ħadet lit-tarbija tagħha Neve.
Ardern hija t-tieni Prim Ministru mara li weldet tarbija waqt li kienet tokkupa il-kariga ta’ mexxej.
Ardern stqarret mal-midja li t-tarbija tagħha Neve tkun qrib tagħha fil-biċċa l-kbira tal-ġurnata, anke waqt ix-xogħol.
Kelliem għall-Ġnus Maqgħuda qal li ħadd m’hu kwalifikat biex jirrapreżenta pajjiż daqs kemm hi omm. Hu qal ukoll li ħamsa fil-mija tal-mexxejja huma nisa, għalhekk hu importanti li dawn jiġu milqugħha bl-aħjar mod possibli.
Preżenti għal din l-Assemblea hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat.