Il-Prim Ministru ta’ New Zealand iddikjarat li l-Coronavirus ġie eliminat f’pajjiżha.
Dan wara li għal numru ta’ jiem, fil-pajjiż kien hemm biss numri baxxi ta’ infezzjonijiet.
Fil-jum tal-Ħadd kien hemm każ wieħed biss ta’ Coronavirus fi New Zealand.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern xorta appellat għal kawtela u qalet li ma jfissirx li fil-pajjiż mhux se jidħlu aktar każijiet tal-COVID-19.
Dan sostnietu sigħat qabel mal-pajjiż neħħa restrizzjonijiet iebsin biex tinżamm id-distanza bejn il-persuni.