Mument spettakolari, kien dak li quddiem eluf ta’ nies fi Pjazza Kastilja, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat wara l-ġurament tal-ħatra, sellem lin-nies mit-tieqa ta’ Kastilja. Kastilja li għal ħames snin oħra se tkun l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan kien mument emozzjonanti ferm, wara erbà snin ta’ ħidma u kampanja elettorali, Joseph Muscat għal darb’oħra sellem minn Kastilja bħala l-PRIM MINISTRU TA’ MALTA.

Il-Prim Ministru ta’ Malta flimkien ma’ martu u ż-żewġ uliedu fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.