Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sánchez wasal fi Pjazza Kastilja, għal-laqgħat mal-Prim Ministru Malti, Robert Abela.
Wara l-laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Prim Ministru Pedro Sánchez, huma mistennija jindirizzaw lill-ġurnalisti.
Din il-laqgħa bejn il-Prim Ministru u dak Spanjol qed issir bi tħejjija għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bejn Lulju u Diċembru li ġej.
Matul il-jum tat-Tlieta, il-Prim Ministru Pedro Sánchez kellu laqgħat f’Ċipru u għada mistenni jkollu laqgħat fl-Italja, mal-Prim Ministru Giorgia Meloni.