Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy qal li l-grupp separatist Bask ETA mhux se jinħafru l-atroċitajiet tiegħu, minkejja li l-istess grupp ħabbar li se jkun qed jiżżarma.
Fi stqarrija bl-awdjo, l-organizzazjoni Baska qalet li waqqfet l-attivita politika kollha tagħha.
ETA qatel iktar minn 800 persuna matul id-deċenji sħaħ ta’ kampanja ta’ vjolenza. Hija waqfet dan kollu fl-2011.
L-istqarrija bl-awdjo saret minn Josu Ternera, l-eks mexxej military tal-grupp li għadu mfittex mill-pulizija.
Huwa ddeskriva l-istqarrija bħala l-aħħar waħda għall-pajjiż Bask, u żied li l-vjaġġ tal-grupp intemm.