Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez wiegħed li se jipprojbixxi l-prostituzzjoni fi Spanja. Huwa qal dan ilbieraħ waqt li kien qed jindirizza lill-partitarji tiegħu f’kungress ta’ tlett ijiem li sar f’Valencia.
Fi kliemu l-prostituzzjoni qed twassal lin-nisa fi skjavitù.
Il-prostituzzjoni ġiet dekriminalizzata fi Spanja fl-1995, u fi studju li sar min-Nazzjonijiet Maqgħquda fl-2016, juri li din l-industrija fil-pajjiż hija stamta li tlaħħaq kważi l-erba’ biljun ewro. Infatti, minn stħarriġ li sar fl-2009 rriżulta li raġel minn tlieta fi Spajnja ħallas għal servizz sesswali.
Fil-preżent, il-prostituzzjoni fi Spanja mhix regolata u m’hemm l-ebda piena għal dawk li joffru xi servizzi sesswali, basta ma jsirx f’post pubbliku. Iżda, huwa illegali li persuna tipprostitwixxi persuna oħra.