Illejla għall-ħabta tas-6pm, il-Prim Ministru Robert Abela se jagħmel diskors fil-Parlament.
Il-Prim Ministru se jitkellem hekk kif il-Parlament se jkun qed jiddiskuti l-estimi finanzjarji għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-sena d-dieħla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-diskors se jixxandar ukoll fuq l-istazzjon televiżiv tal-Parlament u wkoll fuq il-midja soċjali tal-Partit Laburista u tal-Prim Ministru nnifsu.
Ministeru wara Ministeru, f’dawn l-estimi jiġu spjegati l-pjanijiet ta’ ħidma għas-sena d-dieħla, u d-diskors tal-Prim Ministru jkun dejjem wieħed mistenni ħafna.